Il-parteċipazzjoni tagħna fil-EWWR

L-iskola tagħna qed tipparteċipa fl-inizjattiva tal-EWWR.

www.ewwr.eu

Il-proġett tagħna

L-għan tagħna hu li nħeġġu kemm jista’ jkun nies biex iwaħħlu ‘No Junk Mail’ sticker mal-kaxxa tal-ittri tagħhom.

Kull dar tirċievi madwar 2 kilos ta’ karti fix-xahar … Jekk inwaħħlu din l-isticker inkunu qed nirrifjutaw 24 kilo ta’ karti fis-sena, għal kull dar f’Malta.

INT TISTA’ TAGĦMEL DIFFERENZA!

Skopri aktar …


Il-Kompetizzjoni

Għal aktar informazzjoni dwar il-kompetizzjoni agħfas hawnhekk …

Inħeġġukom tniżżlu d-dokument, tipprintjawh, tagħmlu lamination u twaħħlu l-isticker mal-kaxxa tal-ittri tagħkom. Fid-dokument għandkom issibu 4 stickers, qassmuhom lil xi zijiet, nanniet, ħbieb jew ġirien u ħeġġuhom iwaħħlu sticker huma wkoll.

L-istudenti tal-iskola huma mħeġġa jipparteċipaw f’kompetizzjoni.