il-kumitat tal-iskola sekondarja

Martina Chiani

Klassi: 4 Gamma

Inħobb nilgħab it-tenis u noħroġ ma’ sħabi.

Nixtieq inkun fl-EkoSkola għax nixtieq inkun parti minn bidla li tieħu ħsieb l-ambjent naturali kif ukoll l-ambjent tal-iskola tagħna.


Hannah Cutajar

Klassi: 4 Gamma

Inħobb noħroġ fil-kampanja bir-rota, nara l-films u ndoqq il-pjanu. 

Jien dħalt fl-EkoSkola għax nixtieq ngħin biex inżomm l-ambjent tal-iskola u anke ta’ barra nadif, biex inkunu nistgħu ngawduh aħna u l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. 


Amy Farrugia

Klassi:3 Alpha

Inħobb nilgħab il-futbol.

Xtaqt inkun parti mill-EkoSkola għax inħobb in-natura u rrid napprezzaha mal-ħbieb tiegħi. 


Jasmine Tonna

Klassi: 1 Beta

Inhobb naqra, niżfen il-ballet, indoqq il-kitarra u npinġi.

Jiena xtaqt inkun parti mill-EkoSkola għax fil-fehma tiegħi hija xi ħaġa ferm importanti li n-nies jiġu konxji mill-ħsara li qed issir fid-dinja. Jien għamilt tliet snin fil-kumitat tal-primarja u dejjem ħadt ħafna gost għax fil-kumitat, int mhux biss tinforma lill-istudenti l-oħra x’qed jiġri fl-ambjent ta’ madwarna, iżda titgħallem affarijiet ġodda.


Carol Marie Galea

Klassi: 4 Beta

Jiena nħobb iż-żfin u l-mużika.

Xtaqt inkun parti mill-kumitat tal-EkoSkola għax l-ambjent huwa ħafna għal qalbi, u l-kontribut żgħir tiegħi jista’ jgħin biex ikollna ambjent aħjar. Għax bħalma jgħid il-Malti kull qatra tgħodd.

Elisa Cutajar

Klassi: 3 Alpha

Inħobb nilgħab bil-videogames, insiefer u nħobb inkun fil-kampanja. 

Ridt inkun parti mill-EkoSkola biex ngħin l-ambjent u biex infakkar lin-nies biex jieħdu ħsieb l-ambjent b’affarijiet li tista’ tagħmel ta’ kuljum.


Amy Sciberras

Klassi: 4 Gamma

Inħobb inpinġi u nuża l-kreattività, nieħu ħsieb lil-pjanti, nipprattika l-isport u niżfen il-Flamenco.

Jien dħalt fl-EkoSkola għax ninteressa ruħi fl-ambjent u nħobb nivvinta xi affarijiet biex nagħmlu l-ambjent tal-iskola aħjar.


Mariah Manicaro

Klassi: Form 4

Inħobb ingawdi n-natura u x-xeni sbieġ li din id-dinja provditilna.

Xtaqt inkun fil-kumitat tal-EkoSkola biex nakkwista informazzjoni ġdida u niżviluppa ħiliet importanti li nkun nista’ wkoll ngħaddihom lill-oħrajn.


Michela Micallef

Klassi: Form 3 Alpha

Inħobb ħafna nikteb id-diski, nikkomponi fuq il-pjanu u nilgħab maż-żwiemel tal-RMJ Horse Rescue.


Jade Callus

Klassi: 2 Beta

Inħobb il-krafts u ngħin fil-ġnien.  

Jien xtaqt nidħol fl-EkoSkola għax il-bniedem qiegħed jeqred id-dinja u jiena u l-grupp tal-EkoSkola nistgħu ngħinu lin-nies tal-futur jindunaw u jippruvaw isalvaw id-dar tagħna lkoll; id-dinja.


Kyra Debono

Klassi: 3 Alpha

Jien inħobb nilgħab it-tenis. 

Xtaqt inkun parti mill-EkoSkola għax inħoss li huwa tajjeb li tkun taf dwar l-ambjent u nixtieq inkun kapaċi nxerred kelma tajba dwar l-ambjent u dwar l-istat tal-ambjent f’Malta.


Martina Borg

Klassi: 4 Alpha

Xtaqt inkun fil-kumitat tal-EkoSkola biex ngħin kemm jista’ jkun biex l-iskola topera b’mod aktar sostenibbli u biex nagħmel il-parti tiegħi biex niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima.


Julia Spiteri

Klassi: 1 Beta

Inħobb ħafna npinġi u nagħmel il-ġinnastika.

Xtaqt inkun parti mill-EkoSKola għax inħobb l-ambjent u nixtieq nagħti s-sehmi biex ikollna skola aħjar. Din hi r-raba’ sena tiegħi fil-kumitat u dejjem ħadt pjaċir naħdem biex ikollna ambjent isbaħ. 


Sarah Trapani

Klassi: 1 Beta

Inħobb nisma’ l-mużika u npinġi.

Xtaqt inkun fl-EkoSkola biex inkun nista’ nagħmel il-biċċa tiegħi fis-salvazzjoni tal-ambjent.  


Maria Elena Cuschieri

Klassi: 1 Gamma

Inħobb niżfen u nkanta, niġri u nilgħab ma’ sħabi. 

Xtaqt inkun parti mill-EkoSkola għax inħobb l-ambjent u l-annimali ta’ madwarna.


Maria Micallef Ghigo

Klassi: Form 1