L-għawm

L-għawm huwa eżerċizzju li joffri ħafna benefiċċji. Aħna li ngħixu fuq gżira għandna l-fortuna li fi ftit ħin insibu xi bajja jew xatt fejn nistgħu naqbżu ngħumu għawma. Għalhekk nistgħu ngħidu li dan jaf ikun sport li ma jneffqekx wisq flus. Però hawn min l-għawm jieħdu bis-serjetà u jitħarreġ fih b’mod regolari.

Emma Busuttil mir-raba’ sena, Elisa Gauci u Michela Camilleri mis-sitt sena huma tliet studenti li għandhom għal qalbhom l-għawm. Hawnhekk qasmu magħna l-esperjenza tagħhom. Kompli aqra …

Littering in Siġġiewi

Michela Camilleri is a grade 6 student who is very concerned about the effects of littering on our environment.

These are some of the pictures I took during a walk around The Chapel of St Nicholas and St Lucy (Il-Kappella ta’ San Nikola u Santa Luċija), in Buskett Street, Siġġiewi. Click here to read more.

What comes to mind when you see these pictures? If you want, you can write your comments in the comment box.

Mixja mill-Victoria Lines saċ-Chadwick Lakes

Jiena Emma Sciberras, studenta tas-sitt sena. Flimkien mal-familja tiegħi mort mixja sabiħa fin-natura. Ħadt ħafna ritratti biex naqsamhom magħkom. Kien hemm ħafna pjanti u siġar sbieħ, arja friska u nadifa u ħaxix. 

Sfortunatament rajt ukoll ħafna fliexken tal-plastik mixħutin fil-ħamrija qalb il-ħaxix, bottijiet tax-xorb qalb il-fjuri, kif ukoll qanfud li ġie milqut minn karozza. Kompli aqra …

In-narċis

ta’ Anna Maria Zammit

Annamaria Zammit hija studenta tas-sitt sena li għandha għal qalbha l-ambjent u n-natura.

Waqt mixja fil-kampanja mal-familja tagħha, iltaqgħu ma’ din il-fjura li fil-passat kienet popolari ħafna. Illum tinsab f’riskju li tinqered għalkollox.

Kompli aqra …